Fl-1994, il-kumitat ta’ din l-ghaqda hass il-htiega li fl-armar tal-festa ghandu jinholoq xi haga li fih ikun integrat is-simbolu muzikali tas-Socjeta'. Wara konsultazjoni w tahliet t'idejat mal-membri, gie deciz li tinhadem statwa t'Anglu li jkun jirrifletti s-sehem ewlieni ta' din is-Socjeta' fil-festa tal-parrocca.
Id-disinn u x-xoghol sabih hafna fil-kartapesta gie fdat f'idejn l-artist bravu maghruf, is-sur Renzo Gauci. L-Anglu narawh impoggi fuq blata li tirraprezenta l-gholja tal-Karmelu. F’idejh il-leminija ghandu l-labtu filwaqt li f’dik xellugija, ghandu l-arpa muzikali bl-arma tal-Karmelu go fiha. Magenb riglejh insibu raprezentazzjoni ta’ l-isturmenti muzikali kif ukoll l-arma tas-socjeta. L-Anglu huwa liebes il-kuluri tradizzjoni Karmelitani, b’mant kahlani mdawwar mieghu li jirapprenzenta l-kulur ewlieni tal-Madonna.
Sa min meta tlestiet, l-istatwa kienet tinhareg f'manifestazzjoni bil-banda madwar it-toroq tal-Fgura fil-gimgha tal-festa waqt il-marc ta’ l-Erbgha. Fl-1998, giet trasferita l-gurnata ghal marc tal-Hamis li jkun organnizzat mil-Kummissjoni Zghazagh fi hdan l-istess Socjeta'. Din kienet ukoll l-ahhar sena li l-istatwa ta' l-Anglu giet imtella fuq kolonna fi Pjazza Kunsill ta l-Ewropa. Mil-1999 dan beda jigi armat quddiem il-kazin tal-banda u jittella fuq il-kolonna fit-tmiem il-marc tal-Hamis. Fis-sena 2000 fl-okkazjoni tal-gublew u tal-15 il-sena mit-twaqqif tas-Socjeta, sar restawr ta’ l-istatwa
Ghall-istess okkazjoni tal-gublew u tal-15 il-sena mit-twaqqif tas-Socjeta', bl-inizjattiva tal-kaxxier is-sur Omar Cassar, il-kumitat iddecieda li jfakkar dawn l-anniversarji billi jaghmel kolonna sabiha u xierqa ghal l-istatwa ta' l-Anglu. Id-disinn ta' din il-kolonna sar ukoll mil-bravu artist, i
Matul il-jiem tal-festa din il-kolonna tintrama fi Triq Hompesch quddiem il-kazin tal-banda.