Is-Surmast Vincent Bonnici twieled fil-Pieta' fit-23 ta’ Novembru 1960 minn Lawrence u Rose nee Bonnici. Huwa mizzewweg lil Anna nee Schembri u ghandhom zewgt ibniet, Lorraine u Domenique, u joqodu l-Isla.
Beda l-karriera muzikali tieghu ta’ ghaxar snin bl-inspirazzjoni ta’ zijuh Leli Bonnici li kien idoqq il-kurunetta mal-Banda San Gorg ta’ Bormla. Kien jistudja taht id-direzzjoni ta’ Mro. Carmelo Vella. Fl-1972 huwa hareg idoqq mal-Banda San Gorg ta’ Bormla u mexa l-quddiem hekk li daqq l-ewwel darba solist taht is-Surmast Carmelo Ciantar fl-1975 fil-festa tal-Kuncizzjoni. Studja taht iz-zewg surmastrijiet sa l-1982, meta skond ix-xewqa tal-mibki missieru, dahal fil-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn ghadu jdoqq prim klarinett.
Bejn l-1981 u l-1983 huwa tghallem it-teorija tat-Trinity Collage taht it-tmexxija tas-Sinjorina Rita Micallef u kiseb Certificate of Distinction fi l-erba' gradi differenti. Fl-1994 huwa kien gie mibghut mill-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jattendi kors fl-Universita ta’ Malta fuq l-istrument – il-Klarinett.

Dan il-kors kien immexxi mill-kuncertista famuz David Campbell, Professur tal-Klarinett fir-Royal College of Music ta’ l-Ingilterra. Fl-ahhar tal-kors, kien intghazel sabiex jaghmilha ta’ solista fost dawk il-Maltin u barranin li attendew. Studja t-teorija u l-armonija ghand is-Surmast Carmelo Caruana.
Barra d-direzzjoni tal-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura, huwa direttur ukoll tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birzebbuga u tal-Banda Kristu Sultan ta’ Rahal Gdid. Huwa Assistant Surmast mal-Banda San Gorg ta’ Bormla, mal-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu, kif ukoll ghalliem mal-Banda Anici ta’ Hal-Qormi u l-Banda Sant’ Antnin ta’ Birkirkara.
Is-Surmast u l-Banda Taghna
Ir-rabta ta’ Chev. Vincent Bonnici K.T.L. mal-Banda taghna tmur lura sa mit-twaqqif taghha. Fil-fatt dak iz-zmien kien jigi jdoqq mal-Banda bhala bandist barrani. Meta lejn l-ahhar tas-sena 1992 Mro. Carmelo Vella nhatar Surmast Direttur ta’ din is-Socjeta, Mro. Bonnici nhatar Assistent Surmast kif ukoll beda jghallem l-istrumenti tal-woodwind lill-allievi taghna. Kien fl-1996 meta mexxa ghall-ewwel darba l-programm muzikali ta’ lejliet il-festa. Ftit tal-jiem wara gie mahtur bhala r-raba’ s-Surmast Direttur ta’ din is-Socjeta. Kemm ilu jghallem il-muzika mal-Banda taghna, Chev. Vincent Bonnici K.T.L. harreg bosta allievi fuq l-istrumenti tal-woodwind li llum saru l-bandisti tal-post taghna. Ikkompona diversi marci li whud minnom gew imzanzna mill-Banda taghna bhal Gheluq l-10 Snin tal-Banda, Pirella, Philip kif ukoll 20 Sena Banda.
Matul dan iz-zmien, is-Surmast mexxa l-Banda f’diversi okkazzjonijiet kemm fil-Fgura kif ukoll barra. Barra l-kuncerti vokali u strumentali li ta’ kull sena jigu mtella lejliet il-festa mil-Banda taghna taht id-direzzjoni tieghu, wiehed ma jistax ma jsemmiex kuncert partikolari li spikka. Dan gie mtella f’Dicembru 2005 fis-sala ta’ l-iskola primarja tal-Fgura taht il-Patrocinju tal-Prim Ministru f’gheluq l-ghoxrin sena mit-twaqqif ta’ din is-Socjeta. Dak in-nhar, Chev. Vincent Bonnici K.T.L. irregala lill-Banda taghna l-Innu Marc Banda Madonna tal-Karmnu fuq kompozizzjoni tieghu stess. F’Lulju 2007 mbaghad gie mzanzan il-kliem ta’ l-istess Innu Marc fuq kompozizzjoni tal-Mezzo Sopran Miriam Camilleri. Sena wara, fuq kompozizzjoni tieghi stess, irregala lis-Socjeta Ave Maria u Fanfarra sabiex kompla kabbar fir-rikkezzi il-repertorju muzikali ta’ din is-Socjeta.
