It-Twelid ta’ l-Ghaqda
Ghall-festa tal-Madonna tal-Karmnu ta’ l-1985 kienet ittiehdet inizjattiva biex tigi organizzata assembled band sabiex tiehu sehem fit-tlett ijiem tal-festa. Ghal din il-bicca xoghol, mil-lat muzikali, kien dahal ghaliha Mro. Anthony Cassar. L-ideja rnexxiet u ntghogbot u kien propjru minn hawn li nibtet l-ideja, jew ahjar kompla jissahhah il-hsieb biex fil-Fgura tigi ffurmata banda fuq bazi permanenti.
Kienu s-sinjuri Joseph Attard, Joseph Mangion u Toni Cumbo it-tlett promoturi li dahlu ghal din il-bicca xoghol iebsa u bdew javvicinaw persuni lesti li jinghaqdu maghhom sabiex jifformaw il-banda. Il-Fgura kien beda jikber gmielu, u dak iz-zmien l-abitanti kienu jghoddu mat-tmint elef ruh. Izda kien difficli li minn daqstant nies issib individwi li kienu trabbew u kibru fil-Fgura li kienu lesti jidhlu ghal dan ix-xoghol b’ sagrificcju personali u civiku. Izda l-hegga tat-tliet promoturi sebqet kull diffikulta’ u sabu numru bizzejjed ta’ nies biex jiffurmaw kumitat provizorju.
Gew mghaqqda l-ewwel bandisti u bdew isiru l-kuncerti taht id-direzzjoni ta’ l-ewwel surmast, is-Surmast Anthony Cassar. Il-hidma tal-kumitat flimkien mal-hegga tas-Surmast Cassar taw il-frott taghom meta, ghalkemm mhux ufficjalment, il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ harget iddoqq ghall-ewwel darba fil-Fgura fil-Milied ta’ l-1985, hames xhur biss minn meta twaqqaf il-kumitat fundatur. Xahrejn wara, fi Frar 1986, il-Banda ghamlet marc tassew kbir akkumpanjata min-numru kbir ta’ ammiraturi ghall-okkazjoni tal-programm ‘Bongu Malta’, u aktar tard hadet sehem fil-festa ta’ Marija Annunzjata gewwa Hal-Tarxien.
L-ewwel Kazin ta’ l-Ghaqda
Il-kumitat beda jirsisti sabiex jakkwista lokal li seta’ jservi ta’ kazin sabiex il-membri li bdew jinghaqdu ma’ din il-banda ikollhom fejn jiltaqghu. Wara hafna giri u tahbit instab garaxx fi Triq Kent u l-kumitat dahal ghalih b’ ruhu w gismu. Sar il-kuntrattt, thallset il-kera u l-kazin infetah ghall-pubbliku ghall-festa ta’ l-1986. Kienet okkazjoni memorabbli, specjalment nhar il-festa f’ nofsinhar malli spicca l-marc ta’ filghodu. Briju shih mill-partitarji flimkien mad-daqq ta’ l-innu tal-banda, miktub ghall-okkazjoni mis-Surmast Anthony Cassar, ghalqu l-ewwel kapitlu ta’ l-istorja tas-Socjeta’ li sa sena qabel kienet ghadha trid titwieled.
Fit-22 ta’ Settembru 1986 sar il-ftuh ufficjali tal-kazin mill-Onor Ministru Lorry Sant, li kien ukoll il-Patrun tal-kazin. Ftit wara il-kumitat akkwista wkoll il-garaxx ta’ ma genb il-kazin u niffdu flimkien iz-zewg garaxxijiet biex kompla jikber il-kazin, fejn saret karma ghall-kumitat u kamra fejn isir it-taghlim ta’ l-allievi li kull ma jmur bdew jizdiedu. Il-hidma tal-kumitat ma waqfitx hemm, anzi baqghet ghaddejja bl-organizzazzjonijiet ta’ diversi attivitajiet li bl-ghajnuna taghhom setghu jingabru aktar fondi mehtiega ghall izvilupp tal-banda. Inxtraw xi strumenti u l-banda kellha wkoll l-ewwel bandisti taghha li baqghu jizdiedu matul is-snin. Bhala t-tieni surmast inhatar is-Sur Saviour Portelli. Hafna nies fosthom zghazagh u tfal bdew ihossuhom li issa kellhom dik ix-xi haga li qabel kienet nieqsa fil-lokal taghhom.
It-Twaqqif tal-Kummissjoni Zghazagh
Fis-sena 1990, fil-kazin taghna inhasset il-hegga u l-entuzjazmu zaghzugh meta erba’ zghazagh, Anthony Haber, Ronald Mercieca, Noel Mercieca u Jason Lombordo, inkoraggiti mill-President is-Sur Joseph Gauci, iffurmaw il-Kummissjoni zghazagh. Permess ta’ din il-kummissjoni, iz-zghazagh bdew jiehdu hsieb jorganizzaw attivitajiet sabiex jigbru l-fondi halli jkunu jistghu ikabbru l-marci tal-festa taghna billi jorganizzaw briju matul il-marci tal-festa. Il-hidma taghhom kienet tikkonsisti wkoll f’ dik manwali u kont issibhom ta’ quddiem jaghtu daqqa t’ id fil-kazin, issa li l-kumitat kien dahal ghall-propjeta’ l-gdida tieghu. Il-festa tas-sena 1990 kienet zgur memorja ghal kull min kien prezenti fejn id-determinazzjoni taz-zghazagh issarfet f’ l-aqwa marc brijuz li sa dak in-nhar kien sar gewwa l-Fgura.
Kazin Gdid
Il-hsieb ewlieni tal-kumitat baqa’ li jinxtara post aktar dicenti u li kien jixraq ghas-socjeta’ bhala kazin. Id-diffikultajiet kienu kbar specjalment mil-lat finanzjarju. Izda bl-ghajnuna tas-Sur Joseph Attard, wiehed mill-promoturi ewlenin, gie avvicinat is-Sur Joseph Portelli (il-Pirella) li dahal biex biex jiffinanzja x-xiri ta’ propjeta’ gdida fi Triq Hompesch u hekk il-kumitat xtara post gdid li seta jservi bgala kazin gdid ghas-socjeta’. Bis-sahha ta’ dawn in-nies il-holma tal-kumitat u ta’ hafna Fgurin saret realta’. Malli nxtara l-post imsemmi il-kumitat ra u medd ghonqu ghax-xoghol biex isiru xi tibdiliet kostruttivi fil-post, u bil-ghajnuna tal-voluntiera beda x-xoghol sabiex il-post jigi kkonvertit halli jaqdi l-esigenzi tal-kazin. Infethu xi hitan, saru xi travi u beda it-tibjid.
Mhux ta’ b’ xejn li s-sena 1991 kienet sena ohra mportanti fl-istorja tas-socjeta’ taghna. Dan minhabba l-fatt li tul dik is-sena kompliet il-hidma intensiva sabiex il-post li kien inxtara jitlesta u jibda jiffunzjona bhala kazin. Hekk sar u fil-15 ta’ Dicembru 1991 sar il-ftuh ufficjali tal-kazin prezenti fi Triq Hompesch, it-triq principali tal-Fgura. Minn dak in-nhar ‘l quddiem, il-kumitat hadem bla heda sabiex ikompli jkabbar l-isem ta’ din is-socjeta’ u fl-istess hin barra li jhallas l-ispejjez li kellu tal-post, ikompli jorganizza l-marci fil-granet tal-festa.
Hidma matul is-snin
Fis-sena 1992 il-kumitat hatar lis-surmast Karmenu Vella bhala t-tielet surmast minflok is-surmast Saviour Portelli. Bl-inizjattiva tas-Sur Anglu Abela, bdew jingabru fondi sabiex issir statwa ta’ anglu li jissimbolizza l-kazin u l-muzika u li tibda tintrama fi zmien il-festa. L-ideja inghtogbot u wara li ngabru ammont mhux hazin, il-kumitat hareg id-differenza ta’ l-ispejjez u l-istatwa saret. Din inhadmet mill-iskultur Renzo Gauci u bdiet tintrama fil-pjazza fejn kien isir il-programm muzikali. Illum din l-istatwa tintrema fuq il-kolonna faccata tal-kazin. Matul dawn is-snin, saru wkoll recordings tal-marci fuq cassette f’ diversi okkazjonijiet.
Fis-sena 1995, il-Kummissjoni Zghazagh, fuq inizjattiva tas-Sur Anthony Pizzuto, tellghet ghall-ewwel darba wirja ta’ statwi ghal zmien il-Gimgha l-Kbira fil-basement tal-kazin. Il-wirja kienet success u ntlaqghet tajjeb hafna mill-hafna nies li gew izuruha, tant li l-kummissjoni zghazagh kompliet tahdem u l-wirja baqghet issir kull sena, u bdiet dejjem tizdied fil-popolarita’.
Ix-xoghol fil-kazin baqa’ ghaddej. Il-bar kien sar zghir u ghalhekk il-kumitat haseb sabiex tigi msaqqfa parti mill-bitha u hekk isir bar addattat ghall-kazin. Barra l-bar, inbniet sala gdida fejn setghu isiru l-kuncerti. Il-bicca l-kbira tax-xoghol sar volontarjament mill-membri u miz-zghazagh. Fl-1996 inhatar ir-raba’ surmast tas-Socjeta’; is-surmast Chev. Vincent Bonnici K.T.L.
F’ Settembru ta’ l-1998, xahrejn wara l-festa il-kazin inhasad bl-ahbar tal-mewt tal-President. Kien ezatt it-28 ta’ Settembru fejn l-ahbar tal-mewt tal-mahbub President is-Sur Joseph Gauci inxterdet mal-Fgura. Il-Banda tal-Fgura, li kienet il-mimmi t’ ghajnejh, taghtu l-ahhar tislima bid-daqq ta’ marci funebri nhar l-1 t’ Ottubru 1998 b’ korteo li beda minn hdejn il-kazin sal-Knisja Parrokkjali. Kienet telfa li nhasset mill-membri kollha tas-Soxjeta’, ghax minbarra li tlifna President, il-kazin tilef ragel u habib li kont issibu dejjem lest li jmidd idejh ghax-xoghol f’ kull fejn kien jinhtieg fil-kazin. Fil-laqgha generali li saret ftit wara ge mahtur President gdid is-Sur Joseph Pace.
Is-sena 2000 waslet u fl-okkazjoni tal-hmistax-il sena mit-twaqqif tal-banda il-kumitat haseb li jaghmel kolonna gdida ghall-anglu. Fuq inizjattiva tal-kaxxier, is-Sur Omar Cassar, bdew jingabru l-ispejjez u ghall-festa giet inawgurata l-kolonna. Iz-zghazagh min-naha taghhom komplew bil-hidma u f’ gheluq l-ghaxar sena mit-twaqqif tal-kummissjoni ghamlu kannizzata sabiex tintuza fil-marc tal-Hadd filghodu. Dan minbarra l-affarijiet ohra li saru matul is-snin li permess taghhom kompliet tikber il-festa titolari tal-parrocca taghna. Fis-sena 2004 il-Kummissjoni zghazagh harget compact disc b’ marci brijuzi kantati, li ntlaqghet tajjeb hafna min-nies tal-Fgura.
Matul iz-zmien il-hidma tal-kumitat baqghet ghaddejja. Il-banda tal-Fgura mhux biss bidet tiehu sehem fil-parrocca taghna imma bdiet taghmel diversi servizzi barra mill-Fgura f’ diversi festi. Il-kumitat ra diversi ucuh godda li baqghu mexjin fuq il-passi ta’ dawk ta’ qabilhom u l-istess jista’ jinghad ghaz-zghazagh li kull ma jmur dejjem kienu qed jikbru f’ dak li ghandu x’ jaqsam ma’ organizzazzjoni tal-briju. L-element tal-briju miz-zghazagh ma naqasx u ta’ kull sena fil-festa konna naraw xi haga gdida li kienet tikkumplimenta tajjeb il-marci tal-banda.
20 Sena mit-twaqqif tal-Banda
Ghall-festa ta’ l-2005, fl-okkazjoni ta’ l-20 sena mit-twaqqif tal-banda u l-15-il sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Zghazagh, il-Kummissjoni Zghazagh ghamlu mudell tal-Knisja tal-Fgura u minn go nofsha giet imtella’ permess tal-hydraulic, statwa tal-Madonna tal-Karmnu. Kien mument ermozzjoanali hafna tara tant zghazagh jiccelebraw b’ mod maestuz il-festa lill-Padruna tal-Fgura. Fl-istess sena, il-kumitat hareg l-ewwel compact disc ta’ marci brijuzi.
Fil-laqgha generali ta’ Settembru 2005 gie elett bhala t-tielet President tas-Socjeta’ is-Sur Ronald Mercieca. Dik is-sena wkoll giet iffurmata Kummissjoni Banda fi hdan is-socjeta, u beda johrog il-fuljett ‘Min-Noti tal-Kazin tal-Banda’. Dan il-fuljett johrog kull tliet xhur u jitqassam f’ kull dar fil-Fgura.
Sabiex jitfakkar l-anniversarju ta’ l-ghoxrin sena mit-twaqqif tal-Banda, il-kumitat tella’ programm muzikali fis-sala ta’ l-iskola primarja tal-Fgura nhar it-18 ta’ Dicembru 2005. Dan il-programm, minbarra il-livell eccelenti mil-lat muzikali, ra fih il-holma, li bdiet hmistax-il sena qabel, issehh. Kien proprju dakinhar li l-kumitat hallas l-ahhar pagament fuq il-kazin lis-Sur Joseph Portelli u hekk is-socjeta taghna tista’ tghid li l-kazin hu propjeta’ taghha. Fl-istess programm is-surmast Chev. Vincent Bonnici irregala Innu Marc gdid, kompozizzjoni tieghu stess, lis-Socjeta’ u li ndaqq ghall-ewwel darba dakinhar.
Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Zghazagh, ghall-festa ta’ l-2006 giet ipprezentata u mzanzna bandiera gdida waqt il-programm muzikali li sar lejliet il-festa,
Is-sena ta’ wara, ghall-festa tal-parrocca u proprju waqt il-programm muzikali li jsir lejliet il-festa, is-Sopran Miriam Camilleri kantat l-innu marc il-gdid akkumpanjata mill-banda. Ta’ min jghid li l-kliem maghzul ghal dan l-innu marc gie miktub ukoll mill-istess Miriam Camilleri. Fl-istess programm indaqqet ukoll fanfarra bl-Ave Maria fuq arrangament tas-surmast tal-Banda Chev. Vincent Bonnici. Din is-silta giet rregalata mis-surmast lill-President ta’ l-Ghaqda waqt dan il-programm. Ghal din is-sena wkoll il-kumitat ha hsieb u hareg it-tieni compact disc b’ marci brijuzi kemm godda kif ukoll ohrajn mir-repertorju tal-kazin.