Ghaddiet sena ohra u regghet waslet il-festa tal-parrocca taghna ad unur il-Madonna tal-Karmnu, Patruna ta’ din is-Socjeta`.
Nista’ nghid li kienet sena mimlija xoghol f’kull livell tas-Socjeta`. Wara l-btala qasira tul ix-xahar t’Awwissu, hekk kif lejn l-ahhar ta’ Lulju il-banda taghna ghalqet l-impenji festivi ta’ l-istagun, waslet il-laqgha generali li fiha ghall-ewwel darba gie mahtur kumitat ghal sentejn. B’hekk, il-kumitat prezenti seta’ jibda l-hidma tieghu mhux biss ghall-festa li qed niccelebraw izda wkoll ghall-festi matul is-sena d-diehla li fiha ser inkunu qed niccelebraw il-25 sena tas-Socjeta. Diga` fassalna programm shih b’aspettattivi kbar, u kif tistghu taraw iktar il-quddiem f’pagni ohra, hemm ippjanati affarijiet sbieh li jirrikjedu hidma kbira flimkien ma’ ammont konsiderevoli ta’ fondi. Bis-sahha u l-koperazzjoni ta’ kulhadd, naslu biex nilhqu dan l-objettiv li minnu ha jgawdi l-poplu kollu tal-Fgura. Nispera li intom il-Fgurin tkunu iktar generuzi maghna s-sena d-diehla, ghax ta’ min jghid li ninsabu ftit dizappuntati mill-gbir bieb bieb li sar. Is-somma li ngabret kienet dik ta €1,200, u zgur li ghandna fejn nirrangaw meta tqis li fil-Fgura jghixu s-sena kollha madwar 13,000 ruh. Veru forsi li hawn residenti li mhumiex mill-Fgura, imma t-tfal taghkom hawn qed trabbuhom u jgawdu min dak kollu li jsibu fil-lokal. Min hawn nixtieq nirringrazzja lil Pawlu Saliba u Oreste Spiteri tax-xoghol li hadu sabiex daru l-Fgura kollha. Barra l-attivitajiet ta’ zmien il-Milied, komplejna bil-publikazzjonijiet tal-fuljett kull 3 xhur u l-kalendarju annwali. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Bord Editorjali li issa gie msahhah ukoll bil-laqgha generali. Dan il-bord ghandu rwol importanti fil-funzjoni ta’ din is-Socjeta` ghax jirnexxielu jikkordina sitt pubblikazzjonijiet f’sena flimkien mal-gbir ta’ reklami li jfissru ntrojtu wara li jkunu thallsu l-ispejjez. Minn hawn nixtieq nirringrazzja wkoll lil kull min b’xi mod jew iehor jirreklama maghna ghax ikun qed jghinna indirettament. Inweghdkom li, bhalma dejjem ghamilna, ahna nkunu l-klijenti ta’ dawk li jirreklamaw maghna biss. Komplejna x-xoghol fuq il-website, u b’wicci minn quddiem nghid li diga dahlu jzuruha iktar minn 5,000 ruh f’inqas minn sena. Apparti l-informazzjoni li fiha dwar l-istorja kif ukoll dak li minn zmien ghal zmien ikun qed jigri gewwa l-kazin, din is-sena qed isservi wkoll sabiex Radju Banda Fgura jigi strimjat fuq l-internet u b’hekk inkunu accessibli mad-dinja kollha. Min hawn nixtieq nirrangrazja wkoll lis-Sindku tal-ghajnuna li nsibu minghandu f’ dak li jirrigwardja l-apparat tar-radju u l-hafna sponsors li jgibilna, kif ukoll lil Fgura Pageant Group tal-ghajnuna li nsibu minghandhom qabel u waqt li l-istazzjon ikun qed ixandar.
Il-Kummissjonijiet fi hdan din is-Socjeta kienu mpenjati gmielhom. Dik taz-Zghazagh, barra l-hafna attivitajiet ghal gbir ta’ fondi u l-Wirja tal-Gimgha l-Kbira, intefghu b’ruhhom u gisimhom fuq il-kannizzata l-gdida li ser tkun qed tigi inawgurata waqt il-marc tal-Hamis. Ix-xoghol li fiha huwa nkredibbli, imma l-gmiel ta’ kannizzata li qed jirnexxielhom jaghmlu ser tkun l-ghira ta’ bosta. Haqqhom prosit u grazzi tas-sagrificcji twal li ghamlu, pero perswaz li s-sodisfazzjon li ha jiehdu mhux ser jinsewh qatt. Mil-lat ta’ banda, it-taghlim tal-muzika b’xejn kompla ghaddej gimgha wara l-ohra gewwa l-kazin, flimkien mal-kuncerti ghall-programm ta’ lejlet il-festa li qed izid is-success sena wara l-ohra. Izzid kemm izzid siggijiet, ghalxejn, ghax dejjem jimtlew u jibqghu bosta nies bil-wieqfa mad-dawra jsegwu. Dan jirrifletti tajjeb hafna fuq il-bravu Surmast flimkien mal-bandisti li ghandna, u min hawn nixtieq nirringrazzjhom. Nirringrazzja lis-surmast tad-dedikazzjoni li ghandu lejn is-Socjeta` f’kull hin li jkun involut, kif ukoll lil Assistent ghat-taghlim tal-muzika. Il-Kummissjoni fuq l-istatut waslet fl-ahhar tax-xoghol taghha, u jekk il-Bambin irid, ma ndumux ma nsejhu Laqgha Generali Straordinarja ohra sabiex isiru l-emendi li hemm bzonn fl-Istatut tas-Socjeta`. Qed nghid ohra ghaliex f’Gunja diga kellna wahda. Kien proprju fit-2 ta’ Gunju li, wara l-hidma tal-Kummissjoni Progett, il-kamra unanimament approvat mozzjoni sabiex is-Socjeta` tapplika ghall-permessi tat-twaqqiegh u l-bini mill-gdid tal-kazin. Il-pjanti qeghdin jigu ppublikati, u ahna ninsabu miftuha ghal kull tip ta’ suggeriment u ghajnuna. Kif ser taraw, ser inzidu zewg sulari ohra ma’ li ghandna, cioe` basement u t-tielet sular. L-ispejjez huma kbar hafna pero jekk naqtghu qalbna ma naslux. Ghandna bzonn hafna ghajnuna, ghax wara kollox, dak li qed naghmlu kollu gej min-nies volontarji li jhobbu l-Fgura. Minn dan il-progett zgur li ser igawdu uliedna l-quddiem, u l-kazin ikompli jservi b’iktar kumdita` sabiex tkompli titkattar il-kultura tal-muzika u fejn kulhadd ikollu fejn jiltaqa’ il-boghod mill-vizzji koroh li ssib fil-hajja mghaggla tal-llum. Fl-istess laqgha generali, gie unanimament mahtur Fr.Renald Lofreda bhala d-Direttur Spiritwali gdid tas-Socjeta. Min hawn nixtieq nerga’ nawguralu ghall-hidma fejjieda bi skop ta’ ghaqda tul dawn is-snin li gejjin ukoll bhala Kappillan tal-parrocca. Nirringrazja lil Fr. Joe Vella tax-xoghol li ghamel kemm dam Kappillan u Direttur Spiritwali ta’ din is-Socjeta tul dawn l-ahhar tliet snin. Nifrah ukoll lil Fr. Hermann Duncan li lahaq Pirjol tal-Komunita` tal-Fgura.
Naghlaq dan il-messagg billi nirringrazzja lil shabi kollha tal-kumitat li gimgha wara l-ohra ltqajna sabiex flimkien immexxu l-quddiem din is-Socjeta`. Nirringrazzja wkoll lid-delegat u l-membri tal-Kummissjoni Banda, lill-Kummissjoni Zghazagh, il-Kummissjoni Progett, il-Kummissjoni Statut, lill-Bord Editorjali kif ukoll lis-Surmast u l-Assistent flimkien mal-bandisti lejali tal-post tal-hidma taghhom kollha w l-impenn lejn is-Socjeta`. Nestendi r-ringrazzjamenti tieghi lis-Sindku u l-Kunsill Lokali ta’ l-appogg li jtuna, Kappillan u Komunita` flimkien mal-Kummissjoni Festa Esterna, Korp tal-Puluzija tal-koperazzjoni li nsibu, lis-sidien tan-negozji li jirriklamaw maghna, benefatturi u helpers tal-ghajnuna li jaghtu, kif ukoll lil kull min b’xi mod jew iehor hu nvolut fl-operat ta’ din is-Socjeta` u fl-organizzazzjoni tal-festa. L-ahhar izda mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lil-barman Bernard Vella ta’ kull tip t’ghajnuna li jaghtina u l-pacenzja li jiehu b’kulhadd matul is-sena kollha.
F’isem l-Ghaqda Muzikali u Socjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura, nawguralkom il-festa t-tajba.
Viva l-Madonna tal-Karmnu, gawhra taghna l-Fgurin.
Ronald Mercieca
President